Imut it-tifel ta’ 16-il sena li spara fuq sħabu

KHTS Radio via REUTERS

Read in English.

It-tifel ta’ 16-il sena li spara u qatel żewġ studenti sħabu u weġġa’ lil tlieta oħra miet fi sptar f’Kalifornja wara li spara lilu nnifsu f’rasu.

Uffiċjali qalu li Nathaniel Tennosuke Berhow daħal fl-iskola f’għeluq sninu u spara fuq studenti sħabu. Huwa mifhum li ommu kienet miegħu fil-ħin li miet fl-isptar.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Pulizija Amerikana qalet li ma kinux għadhom sabu provi ta’ x’seta’ wassal għal dan l-inċident fatali. “Ma sibna l-ebda manifest jew djarju li jispjga dan”, sostna x-Sheriff. Ismu ġie mxandar għall-ewwel darba l-Ġimgħa.

AQRA: F’Kalifornja: Student joqtol persuna u jweġġa’ 2