Imut is-Somalu li ttajjar fil-Marsa

Tilef ħajtu ż-żagħżugħ Somalu li nhar it-Tnejn li għadda ttajjar fi Triq Aldo Moro l-Marsa.  L-inċident ġara meta r-raġel ipprova jaqsam it-triq għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar u ttajjar minn vann. 
 
Mad-daqqa, is-Somalu ta' 19-il sena u kien jgħix fiċ-Ċentru Miftuħ, spiċċa fuq il-karreġjata l-oħra tat-triq.  Il-vann kien misjuq minn żagħżugħ ta' 32 sena minn San Pawl il-Baħar. 

Ritratt: Media Police