Imut is-soċjologu Prof. Joseph Troisi

Il-funeral tal-eks Kap tad-Dipartiment tas-Soċjoloġija, il-Prof Joseph Troisi, se jsir nhar it-Tnejn fit-13 t’Awwissu, fid-09:30. Se jsir il-Knisja ta’ San Pawl tat-Targa, fin-Naxxar.

Huwa serva bħala Kap tad-dipartiment għal numru ta’ snin, u kien jispeċjalizza f’toerija soċjologika u l-bidla fis-socjetà, kif ukoll il-ġerontoloġija tas-soċjetà. Huwa wkoll ppubblika numru ta’ kotba u artikli f’ġurnali xjentifiċi.