Imut is-Sindku ta’ Ħal Qormi; kellu l-coronavirus

Read in English.

Renald Falzon, is-Sindku ta’ Ħal Qormi, tilef ħajtu waqt li kien qed jikkumbatti l-coronavirus.

Huwa l-iżgħar vittma tal-Covid-19 f’Malta peress li kellu 46 sena. Ftit tal-ġimgħat ilu huwa tilef lil missieru bil-Covid-19.

Madwar xahar ilu, Falzon kien ħabbar li hu indispost peress li għaddej minn żmien diffiċli b’rabta ma’ saħħtu.

Ħbieb minħabba raġunijiet ta’ saħħa se jkolli nillimita l-ħidma tiegħi. Niskuża ruħi. La saħħti tiġi lura nkompli…

Posted by Renald Falzon on Monday, October 12, 2020

Il-Kunsill Lokali għadda l-kondoljanzi tiegħu lill-familja.

Bl-akbar sogħba u b'qalbna sewda, inħabbru li s-Sindku Renald Falzon ħalla din id-dinja, illum 13 ta' Novembru 2020….

Posted by Kunsill Lokali Ħal Qormi on Friday, November 13, 2020

L-Assocjazzjoni Kunsilli Lokali tibki lil wiehed minn taghha!Sehbina, habib, kollega, Sindku ta' Hal Qormi, halliena…

Posted by Local Councils' Association Malta on Friday, November 13, 2020

Bosta politiċi wkoll esprimew id-diqa tagħhom għal din l-aħbar, fosthom il-Ministru Qormi Roderick Galdes u s-Segretarju Parlamentari Qormija, u eks Sindku ta’ Ħal Qormi, Rosianne Cutajar.

Kondoljanzi lill-familja tas-Sindku ta' Ħal Qormi Renald Falzon. Il-komunità Qormija tibqa' grata għas-servizz tiegħek….

Posted by Roderick Galdes on Friday, November 13, 2020

Bħal kumplament ta’ ħuti l-Qriema ninsab maħsuda bit-telfa tas-Sindku Renald.Strieħ fis-sliem ħabib, grazzi…

Posted by Rosianne Cutajar on Friday, November 13, 2020

Din hi d-93 mewta bil-Covid-19 f’Malta, minkejja li l-mewt tiegħu għadha ma tħabbritx uffiċjalment. Ftit tas-sigħat ilu, Prof. Charmaine Gauci ħabbret li żewġ anzjani oħra mietu bil-Covid-19 bejn ilbieraħ u llum.

“Kien ta’ eżempju fil-Partit Laburista”

Il-Partit Laburista esprima s-sogħba tiegħu għat-telfa ta’ Renald Falzon.

Huwa ġie elett kunsillier f’isem il-Partit Laburista fl-2015. Fl-2019 huwa ġie elett bħala Sindku.

Il-PL qal fi stqarrija, “Renald kien ta’ eżempju għal ħafna fil-Partit Laburista. Huwa ħadem qatigħ fi ħdan l-istrutturi tal-Partit kemm fuq livell lokali, distrettwali filwaqt li ta sehmu wkoll fl-elezzjonijiet lokali nazzjonali. Huwa se jibqa’ wkoll imfakkar għall-ħidma tiegħu fil-qasam volontarju ma’ diversi għaqdiet lokali.”

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista wkoll sellem il-memorja tiegħu u ddeskrivieh bħala bniedem ħabrieki li għamel ħafna xogħol għall-Qriema.