Aġġornata: Imut ir-Re Abdullah tal-Għarabja Sawdija

Miet ir-Re tal-Għarabja Sawdija, Abdullah bin Abdulaziz, wara ġimgħat rikoverat fi sptar.
Ir-Re Abdullah, li kellu mad-90 sena, kellu infezzjoni fil-pulmun.
Uffiċjali rjali ħabbru dalgħodu li r-Re l-ġdid huwa ħuh Salman li għandu 79 sena.
Abdullah ħa t-tron f’idejh fl-2005 imma fl-aħħar snin kellu problem ta’ saħħa.
L-Ispeaker Anġlu Farrugia, f'isem il-Parlament Malti, kiteb lill-Ispeaker tal-Għarabja Sawdija jesprimi l-kondoljanzi lill-Kunsill tar-Renju tal-Għarabja Sawdija u lill-familja Rjali.