Imut ir-raġel ta’ vuċi kbira – Twanny Scalpello

Twanny Scalpello, li se jibqa’ l-aktar magħruf għall-vuċi tiegħu, miet ilbieraħ fl-età ta’ 94 sena.
Bosta jafu leħen Scalpello, speċjalment fejn jidħlu r-radju drammi. Huwa kien ukoll magħruf ħafna fix-xena tat-teatru lokali.
Scalpello beda jaqra r-rumanzi lura fl-1972 fuq Radju Malta, u minn dak iż-żmien il-quddiem, il-vuċi tiegħu kienet saret sinonima mar-radju drammi.
Il-funeral ta’ Twanny Scalpello se jsir il-Ħamis, fis-2pm fi Stella Maris.