Imut ir-raġel li waqa’ fi blokka appartamenti fil-Gżira

Ir-raġel li kien waqa’ f’blokka ta’ appartamenti fil-Gżira s-Sibt li għadda tilef ħajtu llum.
Fi stqarrija il-Pulizija qalet li l-investigazzjonijiet tagħha għadhom għaddejjin.
Ir-raġel ta’ 67 sena kien weġġa’ b’mod serju wara li waqa’ ġewwa blokka ta’ appartamenti fi Triq Belvedere, il-Gżira.
Ritratt: Google