Imut ir-raġel li ntlaqat minn karozza f’Ottubru

Raġel li ntlaqat minn karozza f’Ottubru li għadda miet ilbieraħ fl-isptar, skont il-Pulizija.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li r-raġel ta’ 82 sena li ntalaqt minn karozza fil-Ħamrun miet. L-inċident kien seħħ fit-28 ta’ Ottubru fi Triq il-Kbira San Ġużepp.

L-anzjan residenti l-Ħamrun intlaqat minn vann misjuq minn mara ta’ 39 sena minn Santa Venera. L-anzjan kien spiċċa fil-periklu tal-mewt.