Imut ir-raġel li kien involut f’inċident bil-mutur fin-Naxxar

Miet ir-raġel Ungeriż li kien involut f’inċident bil-mutur fin-Naxxar. Dan skont stqarrija mill-Pulizija.

Il-każ seħħ lura fl-10 ta’ Novembru meta l-Ungeriż ta’ 43 sena tilef il-kontroll tal-mutur fi Triq il-Kosta. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.15am.

Aqra: Aġġornata: Raġel fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll tal-mutur

Ir-raġel li miet kien jismu Zoltán Szilágyi u kien joqgħod Wied il-Għajn. Fl-aħħar jiem, profil fuq Facebook kien qed jipprova jiġbor fondi sabiex ikun jista’ jingħata l-kura kollha neċessarja.