Imut ir-raġel li kien f’koma wara test tal-mediċina

Imut ir-raġel li nhar il-Ġimgħa kien klinikament mejjet wara li ħa sehem f’esperiment tal-mediċina ġdida.
Ir-raġel kien wieħed minn sitt persuni li kienu qed jiġu kkurati fl-isptar f’Rennes, fi Franza.
L-isptar qal li l-ħames irġiel l-oħra għadhom f’kundizzjoni stabbli, b’4 minnhom għandhom problemi newroloġiċi.
Il-kap tad-Dipartiment  tan-Newroloġija qal li m’hawnx antidotu għal din il-mediċina.
Il-Ministru tas-Saħħa Franċiż qed jiċħad rapporti li l-mediċina kellha l-kannabis.
Intant l-istudju ġie sospiż.