Imut ir-raġel li ħabat fil-Marsa lbieraħ

Ir-raġel ta’ 76 sena minn Birkirkara li ħabat fi Triq Aldo Moro fil-Marsa lbieraħ miet, skont il-Pulizija.

Skont kelliem għall-Pulizija, is-sewwieq baqa’ dieħel f’barrier li hemm fit-triq u b’hekk inqalbet il-vettura. Huwa kellu passiġġiera ta’ 74 sena ukoll minn Birkirkara. Il-mara qed isofri minn ġrieħi ħfief.