Anzjan ta’ 70 sena imut bil-coronavirus; l-54 vittma tal-pandemija

Anzjan ta’ 70 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19. L-anzjan huwa l-54 vittma tal-pandemija.

Fi stqarrija mingħand il-Ministeru għas-Saħħa, ġie spjegat li l-anzjan iddaħħal l-isptar Mater Dei fil-15 ta’ Ottubru u rriżulta pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess. Huwa baqa’ jingħata kura fl-isptar Mater Dei fejn miet ilbieraħ.

Il-Ministeru ta l-kondoljanzi tiegħu lill-familjari tal-anzjan, u appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi d-direttivi tas-saħħa.