Imut il-pulizija li kien iħalli t-tfal fuq il-mutur

Facebook: Police Officers Union

Dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ Alfred Sciberras, il-pulizija tat-traffiku li kien iħalli t-tfal jitilgħu fuq il-mutur tal-Pulizija.

Il-Police Officers Union (POU) fuq il-paġna ta’ Facebook irringrazzjaw lil Sciberras għax-xogħol tiegħu. Huma ddiskrivewh bħala persuna ta’ integrità kbira u kellu dedikazzjoni kbira għal xogħlu. Żiedu li dejjem kien ikollu ċajta lesta u kulħadd kien jixiteq li jaħdem miegħu.

L-Assoċċjazzjoni tal-Pulizija Maltija sellmu wkoll il-memorja ta’ Alfred Sciberras u għaddew il-kondorjanzi lill-familjari f’dan il-mument.

Michael Spiteri, persuna li taħdem fid-dipartiment tal-emergenza fl-Isptar Mater Dei fuq il-paġna personali tiegħu rringrazzja lil Sciberras ta’ kemm-il darba assistiehom biex jaslu fuq il-post għall-pazjenti iktar malajr.