Imut il-Prinċep Olandiż

Il-Priċep Olandiż, Johan Friso miet fl-eta’ ta’ 44 sena wara kienu ilu f’koma għal din l-aħħar sena u nofs.

Friso spiċċa f’koma wara li kien involut f’inċident meta kien qed qalb il-muntanji fl-Awstrija fl-2012 u spiċċa midfun fis-silġ għal aktar minn kwarta.

Ix-xahar li għadda, Friso kien ġie trasferit lura l-Olanda minn sptar f’Londra iżda kien spiċċa biex sofra minn kumplikazzjonijiet.

Ir-Re Willem Alexander u r-Reġina Maxima se jirritorna l-Olanda minn btala fil-Greċja.

Il-Prinċipessa Mabel li l-Ħadd għalqet 45 sena qagħdet dawn l-aħħar jiem biswit is-sodda ta’ żewġha.