Imut il-President tal-Vjetnam

FILE PHOTO: Vietnam's Public Security (Police) Minister General Tran Dai Quang (C) stands with Communist Party's General Secretary Nguyen Phu Trong (R) and Politburo member Dinh The Huynh (L) at a closing ceremony of 12th National Congress of the Party in Hanoi, January 28, 2016. REUTERS/Kham/File Photo

Il-President tal-Vjetnam Tran Dai Quang miet il-Ġimgħa minn marda virali.Il-midja soċjali kienet ilha għal xi xhur tgħid li saħħtu ma kinitx fl-aqwa kundizzjoni.

Quang, li kellu 61 sena, miet fl-isptar militari ta’ Hanoi kaġun ta’ “marda serja, mikejja l-isforzi min tobba lokali u internazzjonali.” Dan skont it-televiżjoni Vjetnamiża

Quang kien sar President fl-2016. Qabel kien Ministru tas-Sigurtà Pubblika, organizzazjoni li fosthom kienet tiġbor informazzjoni u tfixkel theddid lil partit. Hu kien ġej min kommunità żgħira u agrikola, 115-il kilometru fin-nofsinhar ta’ Hanoi. Quang kien tela’ fil-ġerarkija tal-partit biex sar Ġeneral tal-Pulizija u membru tal-Politburo.