Imut il-plejer leġġendarju Pierino Prati

Ritratt: Twitter/AC Milan

Miet fl-età ta’ 73 sena il-plejer leġġendarju Taljan Pierino Prati. Hu kien jilgħab mal-AC Milan u mal-Italja u jibqa’ mfakkar bħala l-ewwel plejer fit-Tazza taċ-Champions li skorja hat-trick f’partita bejn Milan u Ajax li ntlagħbet f’Madrid u li spiċċat bi skor ta’ 4 -1.

Ma’ Milan, Pierino Prati kien rebaħ darbtejn it-Tazza tat-Tazzi, il-kampjonat Taljan u l-Coppa Italia. Tul il-karriera tiegħu huwa kien lagħab ukoll ma’ Roma u Fiorentina u fuis-Snin 80 mar jilgħab ma’ Rochester Lancers fl-Istati Uniti.

Prati miet f’Katanja fi Sqallija u jingħad li kien marid serjament għal żmien twil.

Fil-partiti tas-Serie A hu kien skorja 100 gowl f’232 partita li lagħab fihom.