Imut il-mużiċist Amerikan Prince

Tħabbret il-mewt tal-kantant u mużiċist ta’ fama mondjali, Prince.
Huwa miet fl-età ta’ 57 sena fir-residenza tiegħu ta’ Minnesota fl-Istati Uniti.
Prince jibqa mfakkar għas-suċċessi li kiseb fis-snin 80 b’mod partikolari għas-silta li kienet iġġib l-isem tal-album Purple Rain. Silta li kienet serviet ukoll ta’ soundtrack għall-film li jġib l-istess isem u li kien jitratta biċċiet mill-istorja ta’ ħajtu stess.
Suċċessi oħra għal Prince kienu jinkludu l-albums 1999 u Sign “O” the Times.
Il-ġimgħa li għaddiet huwa kellu jiddaħħal l-isptar b’emerġenza ftit sigħat biss wara li kien għadu kemm spiċċa jagħti show fuq il-palk.