Imut il-moħħ wara Nintendo

Hiroshi Yamauchi, il-bniedem meqjus bħala sturmentali biex Nintendo saret kumpanija globali fis-settur tal-logħob diġitali miet fl-eta’ ta’ 85 sena.

Yamauchi kienu ilu imexxi lil Nintendo għal dawn l-aħħar 53 sena.

Kienet il-kumpanija stess li ħabbret il-mewt tal-eks President.

Fiż-żmien meta Yamauchi qabad ir-riedni ta’ Nintendo f’idejh, il-kumpanija kienet waħda żgħira biex illum flimkien ma’ Sony u Microsoft hija meqjusa bħala l-aqwa fid-dinja.

Yamauchi kien ukoll il-moħħ wara s-suċċess ta’ Nintendo fosthom il-logħba tas-snin tmenin Donkey Kong u l-consoles NES, SNES, N64 u Gamecube.