Imut il-missjunarju Spanjol infettat bl-Ebola

Il-missjunarju Spanjol li spiċċa infettat bil-virus tal-Ebola meta kien qed jaħdem fil-lvant tal-Afrika miet fi sptar f’Madrid.
Fil-ġranet li għaddew, Miguel Pajares, li kellu 75 sena kien ittieħed lejn Spanja mil-Liberja wara li kien irriżulta pożittiv għat-testijiet tal-Ebola.
Dan il-virus qerriedi diġa wassal għall-mewt ta’ aktar minn elf persuna fil-Liberja, il-Ginea, Sjerra Leone u n-Niġerja.
L-Ebola bdiet tinxtered fil-lvant tal-Afrika minn Frar li għadda u ġiet meqjusa bħala theddida internazzjonali mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.