Read in English.
Skont il-midja Ġermaniż il-magician Siegfried Fischbacher, in-nofs tad-duo Siegfried & Roy, miet aktar kmieni llum fl-eta ta’ 81 sena.
Hu ġie rrappurtat li hu miet fid-dar tiegħu f’Las Vegas wara battalja mal-kanċer tal-frixa. Huwa kellu tumur malinn imneħħi waqt operazzjoni, imma sfortunatament il-kanċer kien diġà nfirex f’ġismu.
Fischbacher irritorna d-dar u kien taħt osservazzjoni minn infermiera qabel mewtu.
“Huwa raqad bil-mod u b’mod paċifiku,” ikkummentat Dolore, oħt l-illużjonist.
Il-mewt ta’ Fischbacher seħħet inqas minn sena wara li sieħbu Roy Horn miet b’coronavirus.
Fischbacher u Horn kienu illużjonisti, magħrufa l-iktar għad-dehriet tagħhom ma’ iljuni bojod u tigri.
L-ispettaklu tagħhom f’Las Vegas, Siegfried & Roy fil-Mirage Resort and Casino, kien ikoniku, bil-koppja kienu kontinwament għaddejjin bla waqfien bejn l-1990 sal-2003.
Dawn l-ispettakli wassluhom biex jiksbu għarfien internazzjonali.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.