Imut il-lukandier Għawdxi Victor J. Borg

Il-lukandier Għawdxi Victor J. Borg miet dalgħodu fl-età ta’ 75 sena.

Victor J. Borg kien pijunier fis-settur turistiku f’Għawdex.

Il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista sellmu l-memorja tal-lukandier.

Il-PL qal li “il-bżulija tiegħu biex itejjeb is-settur fil-gżira Għawdxija, serviet ta’ garanzija għax-xogħol ta’ mijiet ta’ ħaddiema Għawdxin f’dawn l-aħħar ħamsin sena.” Il-PN iddeskrivieg bħala “esponent ewlieni tas-settur turistiku f’Għawdex.”

Iż-żewġ partiti taw il-kondoljanzi tagħhom lill-qraba tas-Sur Borg.