Imut il-leġġendarju Cesare Maldini

Matul il-lejl li għadda tħabbret il-mewt tal-eks-plejer ta' Milan u eks-kowċ tat-tim nazzjonali Taljan, Cesare Maldini.
Huwa kellu 84 sena u jibqa' mfakkar l-iktar għaż-żmien tad-deheb fil-karriera tiegħu bil-flokk ta' AC Milan fejn rebaħ 4 kampjonati domestiċi u t-Tazza taċ-Champions fl-1963.
Barra minn hekk, Cesare Maldini kien mexxa wkoll it-tim nazzjonali Taljan bħala kowċ, fit-Tazza tad-Dinja ta' Franza fl-1998.
Dik is-sena t-tim Taljan kien wasal sal-Kwarti tal-Finali meta ġew eliminati minn Franza, li eventwalment kienu saru champions tad-dinja f'dik l-edizzjoni.
L-imħabba tiegħu għall-kuluri ta' AC Milan intirtet minn ibnu Paolo li qatta' l-karriera kollha tiegħu mal-istess Milan.