Imut il-leġġendarju Andrew Greedy ta’ Mental as Anything

Fl-aħħar sigħat tħabbret il-mewt ta’ Andrew “Greedy” Smith tal-grupp Awstraljan Mental As Anything. Hu kellu 63 sena.

Il-kantant tal-grupp sofra minn attakk f’qalbu waqt li kien qiegħed isuq f’Sydney, fl-Awstralja.

Il-grupp kien twaqqaf fl-1977 minn Greedy stess u fost is-suċċessi tagħhom niftakru If You Leave Me, Can I Come Too?, Too Many Times, Live It Up, u Rock and Roll Music. Live It Up kienet suċċess kbir wara li kienet instemgħet fil-film Crocodile Dundee fl-1986.

L-aħħar dehra tal-grupp kien nhar is-Sibt li għadda fi New South Wales u kienu mistennija li jagħtu wirja f’Belgrave, Victoria nhar il-Ħamis li ġej. Imbagħad kellhom pjanat wirja oħra l-Ħadd 8 ta’ Diċembru f’Melbourne.