Kobe Bryant u bintu ta’ 13-il sena jmutu f’inċident bil-ħelikopter

Aġġornat 10:54 PM

Read in English.

Inċident fatali bil-ħelikopter ħalla ħamsa mejta inkluż Kobe Bryant u bintu Gianna ta’ 13-il sena li kienu fi triqthom għal logħba basketball tat-tifla. L-inċident seħħ il-Ħadd f’Calabasas fl-istat ta’ California.

Il-ġgant tal-basketball kellu 41 sena.

Is-servizzi ta’ emerġenza marru fuq il-post iżda ħadd minn dawk abbord ma salva. Ħames persuni kienu kkonfermati mejta fuq il-post. Martu, Venessa Bryant ta’ 37 sena ma kinitx fuq il-ħelikopter.

Apparti lil Gianna, il-koppja għandhom tliet ibniet oħra Natalia, ta’ 17-il sena, Bianka ta’ 3 snin, and Capri li għandha biss 7 xhur.

Bryant lagħab mal-Los Angeles Lakers tul il-karriera ta’ 20 sena tiegħu fil-kampjonat tal-NBA. Daħal fl-NBA dritt wara li telaq mill-highschool. Rebaħ ħames kampjonati.

Bryant huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-aqwa plejers tal-basketball ta’ kull żmien.

Lakers at Wizards 12/3/14