Imut il-leġġenda Niki Lauda

Il-leġġenda tal-Formula 1 Niki Lauda mieta fl-età ta’ 70 sena. Dan ikkonfermatu l-familja tiegħu. Ir-rebbieħ tal-Formula 1 għal tliet darbiet miet fil-paċi wara li tmien xhur ilu għamel trapjant tal-pulmun.

Il-kisbiet uniċi tiegħu bħala atleta u intraprenditur mhux se jintesew qatt.
Lauda rebaħ tliet titli dinjija bħala sewwieq tal-Formula 1 fl-1975, fl-1977 u fl-1984 ma’ Mercedes u Ferrari.