Imut il-Kummissarju tal-Edukazzjoni Charles Caruana Carabez

Read in English.

L-Uffiċċju tal-Ombudsman ħabbar illum li l-Kummissarju għall-Edukazzjoni Charles Caruana Carabez miet matul il-lejl li għadda.

Fi stqarrija kien spjegt li Caruana Carabez kien inħatar Kummissarju għall-Edukazzjoni fl-1 ta’ Settembru 2017. Hu iddedika ħajtu biex jippromwovi u jsostni edukazzjoni tal-għola livell. Matul iż-żmien li serva bħala Kummissarju tal-Edukazzjoni. Hu dejjem fittex li jtejjeb r-relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet edukattivi pubbliċi waqt li jiddefendi l-interess taċ-ċittadini li jkunu sofrew minn amministrazzjoni ħażina.

Caruana Carabez kellu karriera twila bħala edukatur. Hu serva bħala għalliem u kap tad-Dipartiment fl-Istitut Tekniku, fl-Iskola Superjuri Gian Franġisk Abela u fil-Junior College tal-Università.  Kien membru tal-Kunsill tal-Università u membru tal-bordijiet tal-ITS, tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla. Ikkontribwixxa ħafna artikli fil-gazzetti u huwa awtur ta’ żewġ kotba dwar il-letteratura Ingliża.

L-Ombudsman, il-Kummissarji u l-istaff tal-Uffiċċju tal-Ombudsman sellmu l-memorja tas-Sur Caruana Carabez u jestendu l-kondoljanzi tagħhom lill-familja tiegħu.

Fi stqarrija, il-Malt Union of Teachers (MUT) spjegat li kellha relazzjoni kordjali ma’ Carabez. Sostniet li hu dejjem kien jieħu l-inizjattiva dwar problemi relatati mas-settur u kien bniedem dedikat.

Min-naħa tiegħu, il-Partit Nazzjonalista sellem il-memorja tal-Kummissarju Caruana Carabez. Sostna li Caruana Carabez iddedika ħajtu għat-tagħlim u sabiex joħloq ġustizzja fuq min sofra minn amministrazzjoni ħażina.

Min-naħa tiegħu, il-Kap tad-Dipartiment tal-Komunikazzjoni Ġorġ Mallia tkellem dwar kif kien jaf lil Caruana Carbez.

https://www.facebook.com/photo?fbid=10160456150117907&set=a.252799627906