
Read in English.
Krzysztof Penderecki, wieħed mill-aktar kompożituri tad-dinja, miet nhar il-Ħadd fl-età ta’ 86 sena, qalet l-aġenzija tal-aħbarijiet PAP.
“Wara marda twila u serja, Krzysztof Penderecki, wieħed mill-ikbar mużiċisti Pollakki, awtorità dinjija fil-qasam tal-mużika klassika miet,” qal il-Ministeru tal-Kultura tal-Polonja fi tweet li huwa għamel.
Penderecki kien magħruf għas-sehem tiegħu bil-mużika f’films bħal The Exorcist ta’ William Friedkin, The Shining ta’ Stanley Kubrick u Wild at Heart ta’ David Lynch.
Huwa rebaħ erba’ unuri tal-Grammy għall-mużika tiegħu, l-iktar wieħed riċenti kien għall-aħjar prestazzjoni korali fl-2016.