Imut il-komiku Neil Innes ta’ Monty Python

Neil Innes

Read in English.

Ġiet ikkonfermata l-aħbar li Neil Innes, magħruf l-aktar għas-sehem tiegħu f’Monty Python, miet fl-età ta’ 75 sena. Il-kaġun tal-mewt tiegħu ma ġietx magħrufa għalkemm jingħad li ma kinex qed isofri mill-ebda marda.

Minbarra s-sehem tiegħu ma’ Monty Python li kienu popolari fis-Snin 70 u li għalihom kien kiteb ħafna mill-kanzunetti oriġinali tagħhom, Innes kien ikontibwixxa fix-xena mużikali għal grupp The Rutles.

Neil Innes f’Monty Python

Innes ukoll jingħad li kien il-persuna li jinstema’ jsaffar fil-kanzunetta Always Look on the Bright Side of Life.