Read in English.
“Tlifna kok fantastiku llum,” kien il-kumment li Gordon Ramsey kiteb fuq Twitter malli ħarġet l-aħbar li l-kok u preżentatur Ingliż Gary Rhodes miet ilbieraħ t-Tlieta fl-età ta’ 59 sena.
Rhodes kien jinsab Dubaj meta huwa miet. Hemmhekk hu kien imexxi żewġ ristoranti, Rhodes W1 u Rhodes Twenty10.
Il-kok huwa wiċċ magħruf fuq it-televiżjoni Ingliża u deher f’għadd ta’ programmi bħal Masterchef, Hell’s Kitchen u s-sensiela tiegħu Rhodes Around Britain.
Ħafna għandhom mnejn jiftakru lil Rhodes bħala wieħed mill-parteċipanti fil-kompetizzjoni Strictly Come Dancing tal-2008.

Rhodes kien ukoll ippubblika kotba tat-tisjir li kisbu wkoll suċċess madwar id-dinja. Uħud mir-riċetti tiegħu jitqiesu uniċi.
Il-kummenti fuq il-midja soċjali ma waqfux hekk kif bosta personalitajiet u segwaċi tiegħu ħallew messaġġ mill-isbaħ. Dawn jinkludu lil Jamie Oliver li fuq l-Instagram ikkummenta li “Gary kien kok fantastiku u ambaxxatur inkredibbli tal-kċina Ingliża.”