Imut il-kitarrist ta’ The Eagles

Il-kitarrist tal-grupp mużikali The Eagles, Glenn Frey miet fl-età ta' 67 sena fl-Istati Uniti minħabba kumplikazzjonijiet f'saħħtu fosthom problemi fin-nifs u artrite. 
Il-membri tal-grupp qalu li m’hemmx kliem li jista’ jiddeskrivi n-niket u s-sogħba kif ukoll l-imħabba u r-rispett li wera magħhom Glenn Frey.
Il-grupp twaqqaf minnu u Don Henley, Bernie Leadon u Randy Meisner fl-1971.
Glenn Frey kien wieħed mill-awturi tad-diska magħrufa Hotel California, u kkompona numru kbir ta’ diski waħdu, li jinkludu Heartache Tonight u Lyin’ Eyes.