Imut il-kelb ‘Cosmo’ ta’ Fuller House; kellu 4 snin

Ritratt: Netflix

Min isegwi s-sensiela Fuller House fuq Netflix bla dubju li huwa familjari mal-kelb Cosmo, li tista’ tgħid li kiber fuq is-sett tas-sensiela, li proprju bħalissa qed jixxandar il-ħames u l-aħħar staġun tagħha.

Ħadd ma kien qed jsitenna li dan il-kelb ta’ 4 snin kien se jmut meta ddaħħal għal operazzjoni li però rriżultat f’kumplikazzjonijiet li ma felaħx għalihom.

Ritratt: Twitter/FullerHouse

Il-mewt tal-kelb ġrat nhar it-Tnejn 16 ta’ Diċembru, ftit ġranet biss wara li ġie ffilmjat l-aħħar episodju li se jtemm għal kollox din is-sensiela. Madanakollu l-cast u l-crew tas-sensiela esprimew is-sogħba tagħhom li anki jekk il-filming tas-sensiela kien spiċċa huma xorta jħossu li tilfu membru tal-familja tagħhom.