Imut il-kantant tal-country Joe Diffie; kellu 61 sena

Ix-xena tal-mużika country qed tibki t-telfa ta’ Joe Diffie li miet ilbieraħ fl-età ta’ 61 sena. Hu miet jumejn wara li ħabbar pubblikament li kien laqqat il-virus tal-CONVID-19.

Rebbieħ tal-Grammy Award fl-1998 għall-kanzunetta Same Old Train, Diffie kien irrekordja 13-il album tul il-karriera tiegħu kif ukoll kellu 10 kanzunetti li telgħu fil-klassifika ta’ l-Aqwa 10.

Hu kien magħruf għal kanzunetti bħal If the Devil Danced (In Empty Pockets) u Honky Tonk Attitud iżda ċertament li l-aktar kanzunetta li kien popolari għaliha kienet Pickup Man.

Il-familjari tiegħu talbu biex f’dan il-mument jitħallew fil-kwiet u biex kulħadd jirrispetta l-privatezza tagħhom.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn