Imut il-kantant Ricky Valance; kellu 84 sena

Ritratt: RickyValance.com

Miet fl-età ta’ 84 sena il-kantant minn Wales Ricky Valenz li jibqa’ mfakkar għall-unika suċċess kbir li kellu fil-karriera tiegħu, Tell Laura I Love Her, li malli ħarġet fl-1960 kienet sparat fil-quċċata tal-klassifika Ingliża u f’dak il-perjodu ksieb suċċess ikbar minn ta’ Elvis Presley, Roy Orbison u Cliff Richard li kienu qed jimmiraw għall-ogħla pożizzjoni tal-klassifika.

Il-kanzunetta kienet damet 16-il ġimgħa fil-klassifika, bi tlieta minnhom tokkupa l-ewwel post.

Valance twieled bħala David Spencer u kien l-ewwel kantant solista minn Wales li kellu kanzunetta li telgħet fil-quċċata tal-klassifika Ingliża.

Skont l-aġent tiegħu l-kantant miet fi sptar fi Spanja wara li ddaħħal għall-kura minħabba li kien qed ibagħti minn dimenzja minn ftit taż-żmien qabel li fi Spanja bdew bil-lockdown.