Imut il-kantant leġġendarju David Bowie

Il-kantant David Bowie tilef il-battalja tiegħu mal-kanċer fl-età ta’ 69 sena.
L-aħbar ġiet ikkonfermata minn ibnu li ddeskriva l-mewta ta’ missieru bħala waħda trankwilla.
Bowie miet imdawwar ma’ familtu wara battalja ta’ 18-il xahar.
Il-kantant ħareġ l-aħħar album tiegħu Blackstar f’għeluq sninu nhar il-Ġimgħa li għadda.
L-aħħar kunċert li pparteċipa fih kien b’risq il-karità fi New York fl-2006.
Bowie hu magħruf l-aktar għall-kanzunetti Let’s Dance, Space Oddity, Heroes, Under Pressure, Rebel, Life on Mars u Suffragette City.