Imut il-kantant Demis Roussos

Miet il-kantant Grieg, Demis Roussos fl-età ta’ 68 fi sptar f’Ateni. Il-kantant kien ferm famuż fis-sebgħinijiet u tmeninjijiet u rnexxilu jbiegħ aktar minn 60 miljun album mużikali.
L-aktar diski popolari tiegħu kienu Forever and Ever u Goodbye.
Huwa kien ilu żmien twil fi sptar privat għall-kura minħabba marda, li sal-lum għadha mhix magħrufa.
Huwa twieled f’Lixandra fl-Eġittu fl-1946 għand missier Grieg u omm Eġizzjana u kien ingħata l-isem Artemois Ventouris Roussos.
Demis, għex it-tfulija fl-Eġittu sakemm il-familja tiegħu marret tgħix fil-Greċja fis-sittinijiet.
Huwa beda l-karriera tiegħu bħala kantant fl-età ta’ 17-il sena.