Imut il-kantant Charly Pride

Charly Pride, l-ewwel kantant Iswed tal-mużika country, miet ilbieraħ is-Sibt 13 ta’ Diċembru fl-età ta’ 86 sena. Huwa miet minn kumplikazzjonijiet tal-Covid-19.

Il-karriera ta’ Pride bdiet f’nofs is-Snin 60 u bejn l-1969 u l-1984 kellu aktar minn 30 diska li telgħet fil-quċċata tal-klassifika. Kien rebaħ tliet Grammy Awards kif ukoll fl-1972 ġie onorat bil-Country Music Association’s Top Male Vocalist and Entertainer of the Year.

Is-suċċessi tiegħu jinkludu Kiss an Angel Good Morning, Is Anybody Goin’ to San Antone, Burgers and Fries, Mountain of Love, u Someone Loves You Honey. Matul is-snin huwa biegħ aktar minn 25 miljun diska.

Fost dawk li fl-aħħar sigħat sellmu l-memorja ta’ Pride kien hemm il-kantanta Dolly Parton.