Imut il-kantant Bill Withers tal-kanzunetta Lean on Me

Ritratt: Facebook/BillWithers

Tħabbret il-mewt tal-kantant Bill Withers. Hu kellu 81 sena. Skont rapporti li ħarġu ftit tas-sigħat ilu Withers miet nhar it-Tnejn li għadda.

Hu jibqa’ mfakkar għal bosta kanzunetti ta’ suċċess bħal Ain’t no Sunshine u Grandma’s Hands. Iżda kanzunetta li ċertament jibqa’ mfakkar għaliha bla dubju hija Lean on Me li kienet inħarġet fis-Snin 70 u li proprju dan l-aħħar, minħabba s-sitwazzjoni kkawżata mill-Convid-19, din il-kanzunetta reġgħet bdiet tindaqq spiss.

Bosta esponenti tal-mużika esprimew id-dieqa tagħhom permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali għat-telfa ta’ Withers.

Il-kantant kien ilu mill-1976 miżżewweġ lil Marcia Johnson u għandhom żewġt ulied, Todd u Kori.