Imut il-ġurnalist tal-isport Henry Calleja

Il-ġurnalist sportiv veteran Henry Calleja miet illum fl-età ta’ 77 sena.

Calleja kellu karriera ta’ 50 sena bħala xandar tal-isport fuq l-istazzjon nazzjonali, u kien President tal-Assoċjazzjoni tal-Kittieba tal-Isport mill-1987 sal-2004. Huwa kien ukoll l-editur sportiv tal-gazzetta Il-Ħajja u tal-gazzetta The Malta Independent fis-snin 1992-1997.

Ħafna jsellmu l-memorja tiegħu

L-Għaqda Ġurnalisti Sports bagħtet il-kondoljanzi tagħha lill-familja ta’ Henry Calleja.

L-Għaqda Ġurnalisti Sports u l-komunita' tal-isport f'Malta tilfet ħabib u kollega. Għadni kemm ħadt l-aħbar illi…

Posted by Charles Camenzuli on Friday, December 7, 2018

Il-Partit Nazzjonalista, fi stqarrija ffirmata minn Therese Comodini Cachia u Ryan Callus, sellem il-memorja tal-ġurnalist li ta kontribut siewi ħafna lix-xena ġurnalistika sportiva.