Imut il-ġurnalist sportiv Alex Vella

Miet il-ġurnalist sportiv veteran Alex Vella fl-età ta’ 75 sena.
Għal snin sħaħ Vella rrapporta diversi dixxiplini sportivi, fosthom il-futbol Malti u l-waterpolo.
Huwa baqa’ attiv sal-aħħar hekk kif kien għadu jagħmel xi xogħol fl-uffiċċju tal-komunikazzjoni tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol.
Min-naħa tagħhom is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima u l-Partit Nazzjonalista esprimew il-kondoljanzi tagħhom lill-qraba tiegħu.