Imut il-ġurnalist Ingliż David Frost

Il-ġurnalist veteran Sir David Frost miet il-bieraħ filgħaxija waqt li kien fuq cruise liner fejn kien mistenni jagħmel diskors.

F’kumment li ta il-Prim Ministru Ingliż, David Cameron iddeskriva lil Frost bħala bniedem straodrinarju, ta’ kariżma u li kellu intelliġenza li ħalliet impatt kemm fix-xandir u kif ukoll il-politika.   

Il-karriera ta’ David Frost tmur lura 50 sena u kien deskritt bħala wieħed mill-aqwa ġurnalisti u xandara. David Frost intervista diversi personalitajiet bl-iktar intervista li baqa’ mfakkar għaliha kienet dik tal-ex-President tal-Amerika, Richard Nixon li minnha ġie ideat il-film nominat għall-Oscar, Frost/Nixon.

Fl-2011, waqt il-kriżi fil-Libja, David Frost kien intervista lill-Prim Ministru ta’ Malta, Lawrence Gonzi fuq Al Jazeera.