Imut il-goalkeeper leġġendarju Ray Clemence

Tħabbret il-mewt tal-plejer leġġendarju Ray Clemence. Huwa kellu 72 sena. Matul il-karriera tiegħu, Clemens lagħab mal-klabbs ta’ Liverpool u mat-Tottenham. Dan apparti li hu lagħab mat-tim Nazzjonali Ingliż.

Meqjus bħala wieħed mill-aqwa goalkeepers tal-ġenerazzjoni tiegħu, Clemence rebaħ tlett European Cups u ħames titli tal-kampjonat tal-First Division.

Clemence kien iddebutta mat-tim tan-nazzjonali Ingliż fl-1972.