Imut il-fundatur tal-kumpanija tat-Twistees

Ray Calleja, iċ-Chairperson tal-kumpanija li toħroġ il-pakkett maħbub Malti, Twistees, miet illum.

Twistees Malta ħabbret fuq Facebook li Calleja miet illum. Il-kariga tiegħu kienet ta’ Chairperson ta’ Strand Palace Agencies Ltd u Tastees Manufacturing Limited.

Announcement: It is with great sorrow to announce the demise of Mr. Ray Calleja, Chairperson of Strand Palace Agencies…

Posted by Twistees Malta on Thursday, January 9, 2020

Il-funeral se jsir nhar is-Sibt li ġej fil-Knisja ta’ Marija Immakulata f’Tal-Ibraġġ fid-9am.

Il-pakkett Twistees kien ħareġ fis-suq l-ewwel darba fl-1975.