​Imut il-Captain ta’ Fiorentina Davide Astori

Il-klabb ta’ Fiorentina ħabbar li l-Captain tat-tim li jilgħab ukoll man-nazzjonal, miet fl-età ta’ 31 sena.
Fi stqarrija, is-sit tal-klabb qal li jinsab taħt xokk hekk kif Astori miet wara li qabditu marda mhux mistennija.
Fiorentina kienu mistennija jilagħbu kontra Udinese, liema logħba se tintlagħab ġurnata iktar tard. 
Il-logħob kollu għal-lum tas-Serie A tħassar.
Astori beda l-karriera tiegħu mal-Milan.