Imut id-direttur Taljan Claudio Risi

Miet fl-età ta’ 71 sena id-direttur Taljan Claudio Risi, li kein jinsab rikoverat fl-isptar wara li xahrejn ilu kien sofra attack f’qalbu.

Risi, mwieled f’Berna nhar it-12 ta’ Novembru 1948, beda l-karriera tiegħu bħala direttur meta kien imur jassisti lil missieri Dino Risi u fis-Snin 80 beda jidderieġi x-xogħlijiet tiegħu.

Tul is-snin Claudio Risi dderieġa bosta produzzjonijiet fosthom il-film Windsurf – Il vento delle mani kif ukoll Yesterday – Vacanze al mare.

I Ragazzi della 3ª C

Bla dubju Claudio Risi jibqa’ assoċjat mas-sensiela I Ragazzi della 3ª C li kienet damet għaddejja 3 snin u li f’żewġ okkażjonijiet, fl-1987 u fl-1988, kienet rebħet it-Telegatto bħala l-Aqwa Serje Televiżiva Taljana.