Imut id-direttur tal-films Joel Schumacher

Ritratt: Kasper2006

Miet fl-età ta’ 80 sena d-direttur tal-films Joel Schumacher li ħadem fuq bosta films kbar li jinkludu Batman Forever, Batman & Robin, St. Elmo’s Fire, The Client, A Time to Die, Flatliners, 8MM Phone Booth, Flawless, Trespass, The Incredible Shrinking Woman u l-addattament ċinematografiku ta’ The Phantom of the Opera li nħareġ fl-2004.

L-aħħar xogħlijiet tiegħu kienu jinkludu żewġ puntati mis-sensiela House of Cards li nħadmu fl-2013 għal Netflix.

Huwa kien idderieġa wkoll bosta vidjows mużikali li jinkludu Kiss from a Rose ta’ Seal, Devil Inside ta’ INXS kif ukoll The End is the Beginning Is the End ta’ Smashing Pumpkins.

Kelliema gad-direttur qalu li l-mewt tiegħu keinet kaġunata minn kumplikazzjoni f’kanċer li għalih kien qed jieħu trattament għal din l-aħħar sena.