Tħabbret il-mewt tad-direttur Karmenu Aquilina fl-età ta’ 74 sena. Permezz ta’ messaġġ fuq Facebook bintu Christine tat l-aħbar u fl-istess waqt sellmitlu.
“B’niket kbir, għażiż Daddy, insellmulek. Int l-għeżeż, int kollox għalina. Strieħ fis-sliem ta’ dejjem għażiż. Inħobbuk immens” – jgħid il-messaġġ tagħha.
L-attur u direttur Joseph Galea ukoll sellem lil Aquilina li ddeskriva t-telfa bħala waħda kbira, tant li ma jafx x’se jaqbad jikteb.
Kumment ieħor wasal mill-attur Daniel Azzopardi li qasam b’mod pubbliku diversi mumenti li kellu ma’ Karmenu Aquilina, kultant anke b’xi diskussjoni dwar xi partita tat-tim tal-Manchester United, li kien għal qalb Aquilina.
Karmenu Aquilina twieled fl-1946. Kien l-awtur ta’ bosta stejjer qosra miġbura fil-kollezzjoni Stejjer tat-Tfal: Il-Ġnien u l-Arka.
Aquilina kien involute f’diversi pageants tal-Ġimgħa Mqaddsa f‘Ħal Għargħur, kif ukollkellu MTADA u l-produzzjonijiet imtella’ mal-kumpanija Koperatturi.
Aquilina kien idderieġa wkoll Menz, Ħitan u L-Imnarja Żmien il-Qtil, fost diversi produzzjonijiet oħra.
Strieħ fis-sliem.