Imut id-difensur Arġentinjan José Brown

Id-difensur Arġentinjan u r-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja José Luis Brown miet fl-età ta’ 62 sena. Brown kien skurja fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-1986. Il-finali ntlagħbet kontra l-Ġermanja tal-Punent ġewwa l-Messiku  u rnexxielhom jirbħu bl-iskor ta’ 3-2. Din kienet l-aħħar darba li l-Arġentina rnexxielhom jirbħu t-Tazza.

Brown kien ilu jsofri mill-Alzheimers għal numru ta’ xhur. Ibnu Juan Ignacio kien tkellem fil-pubbliku dwar l-isfidi li qed jaffaċċja missieru. Juan kien qal ukoll li missieru kien qed isibha diffiċli biex jagħrafhom u biex jitkellem.

Brown lagħab 461 darba tul il-karriera tiegħu u għamel tmien staġuni mat-tim Arġentinjan Estudiantes LP.