Imut id-deputat Nazzjonalista Frederick Azzopardi

Read in English.

Frederick Azzopardi li għal dawn l-aħħar serva 22 sena serva bħala Membru Parlamentari Nazzjonalista miet illejla. Huwa kellu 71 sena.

Azzopardi ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament fl-1998 u baqa’ jiġi elett f’kull elezzjoni ġenerali. Huwa kien iservi ta’ Deputat Whip tal-Oppożizzjoni fil-Parlament Malti.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech sellem lil Azzopardi u qal li kien politiku li dejjem ġab il-ġid tal-komunità Għawdxija fiċ-ċentru tal-ħidma tiegħu.

https://www.facebook.com/bernardgrechmt/posts/983898892121416

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista sellem lil Frederick Azzopardi fejn qal li serva f’bosta karigi fosthom fil-Kunsill Lokali tar-Rabat Għawdex, u bħala Deputat Parlamentari f’isem il-PN f’numru ta’ leġislaturi, u dan l-aħħar ukoll bħala Deputat Whip tal-Grupp Parlamentari. 

Għadd ta’ deputati Nazzjonalisti, inkluż Chris Said, Beppe Fenech Adami u Karl Gouder għaddew il-kondoljanzi tagħhom fuq Facebook. Anke l-Membri Parlamentari Ewropej David Casa u Roberta Metsola sellmu lil Azzopardi.

Għadni kif ħadt aħbar kerha, hekk kif tlifna kollega u ħabib. Frederick Azzopardi, strieh fis-sliem. Kondoljanzi minn qalbi lill-familja kollha.

Posted by David Casa on Saturday, October 17, 2020

Ilni naf lil Frederick minn meta bdejt l-ewwel passi fil-politika. Frederick ma kellux bżonn dokumenti politiċi biex…

Posted by Roberta Metsola on Saturday, October 17, 2020

L-eks Ministru għal Għawdex Justyne Caruana sellmet lil Frederick u qalet li għalkemm ġejja minn kamp politiku oppost dejjem kellhom “rispett reċiproku kbir”.

https://www.facebook.com/justyne.caruana/posts/3333546946766195

Aktar tard, il-Partit Laburista wkoll ħareġ stqarrija li fiha sellem lil Frederick Azzopardi fl-istess waqt li offra l-kondoljanzi lill-familjari tiegħu.

L-Ispeaker Anglu Farrugia sellem il-memorja ta’ Membru Parlamentari, f’ismu u f’isem il-Membri u l-ħaddiema kollha tal-Kamra tad-Deputati. Qal li kien “ġentlom li dejjem wera rispett lejn kulħadd fil-mod kif aġixxa u kull meta ħa l-opportunità li jindirizza lill-Kamra”.