Imut id-denfil ferut li lbieraħ ittella’ mill-Qawra

Imut id-denfil ċkejken u ferut li lbieraħ is-Sibt ittella' mill-Qawra. Nekroskopija li sar fuq id-denfil mis-Servizzi Veterenarji juru li d-denfil miet konsegwenza ta’ problemi bin-nifs minħabba għejja kbira.
L-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Iżvilupp (il-MEPA) rringrazzjat lil dawk kollha li għinu biex id-denfil ikun salvat, fosthom Nature Trust Malta, is-Servizzi Veterenarji, Animal Welfare, il-Forzi Armati ta’ Malta, il-Pulizija, BICREF, l-Università ta’ Malta, u impjegati tal-Mediterraneo Park.