Imut iċ-Chairman tal-Awtorità tax-Xandir

Miet George Mifsud, li ħmistax ilu nħatar Chairman tal-Awtorità tax-Xandir.
Hu miet illum fl-età ta’ 68 sena.
Hu kien armel u kellu żewt itfal.
George Mifsud għandu esperjenza kbira fil-qasam tal-komunikazzjoni u kien hu li waqqaf il-kumpanija tal-Marketing MPS fl-1975.
Fl-2011, Mifsud kien sar chairman tal-istess kumpanija u mill-2007 sal-2013 kien Ambaxxatur tal-Bulgarija.
Bejn l-1999 u l-2004 George Mifsud serva ta’ direttur fuq il-Bord tad-Diretturi tal-Gozo Channel.
Il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista sellmu l-memorja ta’ George Mifsud u bagħtu l-kondoljanzi lill-familja tiegħu.